Jekk Ħsibt Li Se Tesperjenza L-Ewwel Maltempata Dal-Weekend … M’Intix

Għalkemm bħalissa f;diversi bliet Sqallin jidher li hemm maltempati sew, osservaturi tat-temp f’Malta qed jgħidu li ma tidhirx li hemm possibbiltà li dan il-maltemp se jersaq fuq il-gżejjer Maltin.

Il-maltemp qed jidher miż-Żebbuġ u x-Xagħra ġewwa Għawdex iżda xorta waħda mhux se jilħaqna. Malta se tibqa taħt influenza ta’ pressjoni għolja li jfisser temp bnazzi u mhux xitwi.

Il-paġna Aġġornamnet tat-temp tgħid li għada wara nofsinhar ir-riħ se jqum forza 6. Huwa  mistenni ukoll li se jkun hemm xi tibdil fit-temp mill-ġimgħa d-dieħla iżda xejn mhu jindika maltempati s’issa.





Facebook/Aġġornamnet tat-temp



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI