Il-Kunsill Lokali tal-Imtarfa xerred ritratti fejn għal darb’oħra wieħed jista’ jara n-nuqqas ta’ rispett lejn l-ambjent u n-nuqqas ta’ ndafa.
Kif intqal fuq il-paġna uffiċjali, mhux biżżejjed li nitkażaw u nikkundannaw bil-paroli biss lil min jagħmel dawn l-azzjonijiet. Jeħtieġ li kull meta naraw atti bħal dawn, naqdu dmirijietna billi nirrapurtaw minnufih. “Hemm bżonn li min jara dawn l-atti jigbdilna l-attenzjoni! Jekk tara u ma tirrapurtax inti ħati daqs min qed iwaddab!”
Nittamaw li tasal dik il-ġurnata fejn naraw bidla kbira fir-rispett lejn l-ambjent.