Jesmar Gafà ġie magħżul bħala r-rappreżentant Malti mill-Malta Racing Club biex jikkompeti fil-Coupe Intercontinentale des Amateurs, li seħħet ġewwa Pariġi. Irnexxielu jikseb suċċess kbir, hekk kif klassifika fit-tieni post.
Il-Membru Parlamentari Jerome Caruana Cilia kien fost dawk li feraħ lil Jesmar għal dan is-suċċess.
“Prosit Jesmar Gafà! Jesmar Gafà, ir-rappreżentant Malti magħżul mill-Malta Racing Club fil-Coupe Intercontinentale des Amateurs, f’Pariġi, kellu sewqan eċċellenti u rnexxielu jagħlaq fit-tieni post b’wirja eċċellenti fuq in-numru 10 GUEPARD GRIFF. It-tiġrija internazzjonali ġabret fiha 14-il sewwieq amateur minn madwar l-Ewropa. Prosit tassew.”
Nifirħulek Jesmar, f’isem Gwida.mt!