Fl-ewwel episodju, Charles Callus u ibnu, Luca Lorenzo, ħaduna l-Italja u Spanja biex naraw kif jiċċelebraw il-festa tal-kbir San Lawrenz lil hinn minn xtutna.
Din hija inizjattiva biex titgħaqqad il-komunità Lawrenzjana fid-dinja fejn isiru wkoll kollegamenti ma’ persuni oħra barra minn xtutna u jitkellmu dwar il-kult ta’ San Lawrenz.
Ilbieraħ filgħaxija intwera l-ewwel episodju fil-pjazza tal-Birgu fejn Luca Lorenzo esprima l-emozzjoni sabiħa li jħoss meta jaqsam mal-kumplament ta’ sħabu u l-pubbliku, din l-imħabba u rispett lejn San Lawrenz.
Prosit Luca kif ukoll lil Charles Callus!
Ritratt: Facebook/ Luca Lorenzo