Jiċċelebra Għeluq Sninu L-Awtur, Xandar u Attur George Peresso

Illum 9 ta’ Settembru huwa l-jum speċjali għall-awtur, xandar u attur George Peresso, hekk kif qed jiċċelebra għeluq sninu. George twieled f’Settembru tal-1939. Matul is-snin, Peresso kien parti mill-istazzjon tal-istat, u fost il-karigi li kellu kienet dik ta’ Assistent-Kap tal-Programmi.

Rajnieh bħala attur ukoll f’diversi produzzjonijiet lokali fosthom bil-karattru ta’ Dun Manwel fis-sensiela popolari Iċ-Ċaqqufa. George kiteb anke diversi kotba. Fost il-kotba tiegħu nistgħu nsemmu It-Tifel tan-Nanna, Il-Qassis Tal-Belt, Vjola l-Kulur tal-Imħabba u Ir-Raġel ta’ Waħdu.

Lura fl-2018, l-awtur, xandar u attur lokali rċieva l-Midalja għall-Qadi tar-Repubblika. It-tim ta’ Gwida jixtieq jgħid Awguri lil George u bosta xewqat sbieħ illum u dejjem!





Youtube/ Tokis



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI