Jiżżewweġ Lil Oħtu Tar-Rispett Wara Li Ħeba R-Relazzjoni Tagħhom Għal Ħdax-Il Sena

Miguel Oliveira, li huwa sewwieq tal-muturi fil-MotoGP, ħabbar li żżewweġ lil oħtu tar-rispett, li tiġi t-tifla tat-tieni mara ta’ missieru.

Din il-koppja damet taħbi din ir-relazzjoni għal ħdax-il sena sħaħ imma issa ħarġu fil-beraħ wara li ħabbru li żżewġu. Din il-koppja ħabbret aħbar oħra fuq il-midja soċjali, wara li qalu li t-tnejn flimkien qegħdin jistennew tarbija.

Missier Miguel qal li jinsab kuntent ħafna li ibnu se jkun qed jiżżewweġ il-mara ta’ ħajtu.

Bosta nies taw kummenti ta’ awgurju lil din il-koppja imma oħrajn għaddew diversi kummenti minħabba l-fatt li Miguel iżżewweġ lil oħtu tar-rispett.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI