Sony żvelat li t-tielet film ta’ Venom, Venom: The Last Dance, se jkun l-aħħar film fis-sensiela bl-attur Tom Hardy.
Iċ-Ċermen tal-Grupp tal-Motion Picture ta’ Sony, Tom Rothman, tkellem dwar il-futur tat-triloġija tagħha tal-offshoot ta’ Marvel waqt konverżazzjoni ma’ Deadline. Hu qal li film ta’ Spider-Man li jmiss: Beyond the Spider-Verse, kif ukoll il-film li jmiss ta’ Spider-Man ta’ Tom Holland, se jkunu avveniment sinifikanti għall-partitarji. Inkluż fil-lista ta’ ħarġiet ewlenin li ġejjin huwa t-tielet Venom.
“It-tielet u l-aħħar Venom, se jkun film enormi,” jgħid Rothman.