Jibbukja 6 Titjiriet Wara Xulxin Biex Iqatta’ L-Ġurnata Tal-Milied Ma’ Bintu Li Hi Air Hostess

Meta skopra li bintu li taħdem bħala air hostess kien se jkollha tidħol xogħol fil-ġurnata tal-Milied, ibbukja 6 titjiriet wara xulxin sabiex ikun jista’ jqatta’ dik il-ġurnata ma’ bintu xorta waħda.

“Meta lili qalli x’kien qiegħed jagħmel nistqarr li tħallejt bla kliem u impressjonajt ruħi x’missier fenominali kien tant li kien litteralment lest jagħmel kollox għal bintu,” sostna passiġġier li nzerta kien bilqiegħda maġenb il-missier f’waħda minn dawn is-sitt titjiriet.

Mal-ġurnal Awstraljan ABC News, il-missier saħaq li minn meta twieldet bintu dejjem qattgħu l-Milied maqgħudin bħala familja waħda u ħassu ddispjaċut li għall-ewwel darba f’ħajjitha bintu kien se jkollha tqatta’ l-Milied waħedha, “anke jekk stess illum il-ġurnata għandha 25 sena”.

Fuq il-midja soċjali l-istorja daret mal-erba’ rkejjen tad-dinja b’ħafna faħħru d-determinazzjoni u l-imħabba bla qies tal-missier lejn bintu.







Ritratti:

Facebook / Your Positive News u Facebook / Pubity

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI