Hekk kif qed naraw li t-temp qaleb aktar xemxi, il-paġna tat-temp tal-Facebook, Aġġornament tat-temp, tkellmu dwar dan.
“Jibda temp stabbli fl-Ewropa u ċ-ċentru tal-Mediterran ser jinħakem minn firxa ta’ pressjoni għolja bil-konsegwenza ta’ nuqqas ta’ riħ u t-temperatura ser taqbeż 20°C,” huma qalu.
Huma taw it-tbassir tat-temp ta’ din il-ġimgħa ukoll. It-Tnejn 6 ta’ April se jkun xemxi fejn l-ogħla temperatura se tkun ta’ 19°C u l-inqas 12°C. It-Tlieta 7 ta’ April se jkun xemxi ukoll fejn l-ogħla temperatura se tkun ta’ 20°C u l-inqas ta’ 13°C. L-Erbgħa t-8 ta’ April se jkun ftit imsaħħab waranofsinhar fejn l-ogħla temperatura tkun ta’ 22°C u l-inqas ta’ 13°C.
Il-Ħamis se jkun xemxi u jaf jissaħħab waranofsinhar u l-ogħla temperatura se tkun ta’ 22°C u l-inqas ta’ 13°C. Il-Ġimgħa se jkun l-istess temp iżda l-ogħla temperatura se tkun ta’ 21°C.
Fi tmiem il-ġimgħa, t-temperatura se tmiss it-23°C.
Facebook / Aġġornament tat-temp