Vojin Kusic huwa raġel ta’ 72 sena mill-Bosnja li sab mod kreattiv immens biex iżomm lil martu kuntenta kemm jista’ jkun fid-dar tagħhom. Vojin bena dar li ddur għal martu Ljubica sabiex tkun tista’ tgawdi l-veduti li għandhom madwar darhom!
Vojin iddisinja din id-dar biex ikollha magni li jdawruha 360 grad. Din id-dar iddum 22 sekonda biss biex iddur dawra fuqha nnifisha jekk tkun qiegħda fuq l-iktar setting veloċi. Fuq setting baxx, din iddum ġurnata sħiħa jew aħjar 24 sena biex iddur.
Intom titħajru tgħixu f’dar bħal din?