Jiċċelebra Għeluq Sninu Adrian Zammit – Ħafna Huma Dawk Li Qed Jawgurawlu L-Isbaħ Xewqat!

Adrian Zammit qed jiċċelebra għeluq sninu, u ħafna huma dawk li qed jieħdu l-okkażjoni biex jawgurawlu l-isbaħ xewqat fuq il-midja soċjali.

Adrian kien sar popolari ħafna matul il-perjodu tal-Covid, b’kontenut li malajr ġibed l-attenzjoni ta’ eluf ta’ segwaċi. Għalkemm il-popolarità tiegħu għaddiet minn diversi fażijiet matul is-snin, hu baqa’ dejjem f’kuntatt ma’ dawk li jsegwuh u japprezzaw l-istil uniku tiegħu.

Mhux l-ewwel darba li narawh jaqsam filmati b’ammonti esaġerati ta’ ikel jew riċetti umoristiċi li jġiegħluk tistaqsi jekk humiex reali jew sempliċement ċajta. Proprju din il-kombinazzjoni ta’ umoriżmu u spontanjetà kompliet iżżommu relevanti u qrib tal-pubbliku tiegħu.

It-tim ta’ Gwida.mt jingħaqad ma’ dawk kollha li qed jawgurawlu: awguri Adrian, u nittamaw li nkomplu narawk tiddeverti u tiddeverti lil oħrajn għal ħafna snin oħra.







Ritratti:

Facebook / Adrian Zammit

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI