Jiddedika Murtal Għaz-Zija Miriam Li Tilfet Ħajjitha Qalb It-Tifrik Fil-Ħamrun

David Pace li huwa dilettant tan-nar u jaħdmu wkoll, iddedika murtal liz-zija tiegħu Miriam li tilfet ħajjitha fit-2 ta’ Marzu li għadda, hekk kif iġġarfet darha fil-Ħamrun.

“Is-sena 2020 żgur li mhux se ninsieha qatt… sena iebsa u ħa tibqa’ f’qalbi għal dejjem għażiża zija Miriam”, kiteb David fuq il-profil tal-facebook tiegħu. David irringrazzja wkoll lil sħabu tal-kamra tan-nar tas-sapport u l-għajnuna li tawh matul din is-sena, kif ukoll lill-familja tiegħu. David talab ukoll lil San Ġużepp li lejh għandu devozzjoni kbira, biex iżomm idejh fuq id-dilettanti tan-nar!





Ritratt: Facebook/ Carmel Pace

Ġest emozzjonanti li juri wkoll rispett lejn il-membri tal-familja; il-familja li tibqa’ dejjem għal qalbna l-Maltin.

Kuraġġ David filwaqt li minn Gwida.mt, insellmu l-memorja għażiża ta’ Miriam Pace.

Ritratt: Facebook/ David Pace



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI