Din il-ġimgħa għandna nistennew temp xemxi, stabbli u kalm iżda dan hemm ċans tajjeb li jinbidel nhar is-Sibt, 18 ta’ Lulju. X’ħa jiġri eżatt? Is-Sibt mistennija taqliba żgħirua fejn taf jifforma xi sħab u jqum ir-riħ. Dan ifisser li l-arja terġa’ tiffriska xi ftit u pajjiżna taf jesperjenza xi ftit xita jew maltempati iżolati.
Ir-riħ jidher li ħa jkun kalm u ħafif iżda mill-Ħamis jidher li ħa jitqawwa u jdur riħ fuq bejn il-Ġimgħa u s-Sibt. Għandna nistennew temp umdu u mal-lejl għandna naraw ukoll in-nida. Dan it-taqlib fit-temp ġej minn formazzjoni ta’ sistema ta’ maltemp u pressjoni baxxa li se tasal fuq iċ-ċentru tal-Mediterran.
Din se toħloq maltempati finn-Nofsinhar tal-Italja u fuq Sqallija, dawn possibilment anke jaslu fuq pajjiżna.
Facebook / It-Temp Madwarna