Jidher Li Hemm Każ Pożittiv Ta' Covid-19 Fl-Ewwel Riżultati Li Ħarġu – X'Għandna Nistennew?

Skont il-paġna popolari Gerard Fenech Covid19 News Updates, s’issa hemm każ wieħed biss pożittiv għall-Covid-19 mit-testijiet li saru s’issa. Ovvjament nittamaw li n-numru jibqa’ dak ta’ wieħed u jkun hemm aktar persuni li jfiqu, hekk kif bħalissa n-numru uffiċjali ta’ każijiet pożittivi hu dak ta’ 10.





Minn informazzjoni li kisbet l-istess paġna, kollox juri li l-każ pożittiv hu ta’ Malti. B’hekk kien każ ta’ trasmissjoni lokali u mhux xi ħadd li ġie minn barra l-pajjiż. Wieħed jistenna li jkollna aktar dettalji dwar il-każijiet fl-aħħar 24 siegħa għada.



Inkomplu nittamaw li nibqgħu għaddejjin b’ritmu tajjeb u nkomplu negħlbu din il-battalja li ġabet fuq saqajha pajjiżi kbar bħall-Amerika. Jidher li f’pajjiżna l-affarijiet jinsabu taħt kontroll u bil-mod kulħadd qed jidra jgħix f’din in-normalità ġdida.

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI