Għalkemm ċertu paġni tat-tbassir tat-temp qed ibassru li nhar il-Ħamis ġej maltemp, silġ kbir, u riħ qawwi li se jikkawża l-ħsara, hemm paġni oħra li qed ibassru li dan mhux minnu.
Il-paġna Aġġorament tat-temp bassret li t-temp għal Ħamis hu “ftit imsaħħab li jissaħħab ħafna wara nofsinhar bil-possibilità ta’ xi ftit xita. Riħ forza 5 għal 6. Ebda maltempata ma hi prevista.”
Iżda din il-paġna wissiet ukoll: “Toqgħodux fuq din il-paġna biss… irrispettaw paġni oħrajn.”