Jidher Li Llum Għandna Nistennew Aktar Minn 100 Każ Pożittiv!

Ta’ kull għodwa, it-tabib Frank Portelli u Gerald Fenech jagħtu n-numru taċ-ċifra li tkun mistennija ta’ każijiet attivi. Jidher li ftit marru żmerċ dan l-aħħar. Illum jidher li għal darba oħra għanda ‘l fuq minn 100 każ attiv tal-Covid-19.





Sinjal pożittiv hu li n-numru tul dan l-aħħar jiem baqa’ stabbli u mhux sploda ‘l fuq kif għamel f’ħafna pajjiżi minn madwar id-dinja. L-awtoritajiet tas-saħħa, saħqu fuq l-importanza li wieħed iżomm in-numri stabbli kemm jista’ jkun.



Il-previżjoni kienet li mix-xahar ta’ Ottubru ‘l quddiem ħa naraw żieda qawwija ta’ każijiet tal-Covid-19. S’issa b’xorti tajba, dan ma seħħx u dan ma kienx ikun possibbli li kieku ma ġewx segwiti l-miżuri introdotti mid-dipartiment tas-saħħa.

Ejja nibqgħu naħdmu u nimxu mal-miżuri li jagħtuna sabiex nieħdu ħsieb saħħtina u s-saħħa wkoll ta’ dawk ta’ madwarna.

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI