Mhux aħbar li nieħdu gost nirrapportaw iżda mill-informazzjoni li ħarġet kmieni dalgħodu fuq il-profil ta’ Frank Portelli u anke fuq il-paġna ta’ Gerald Fenech jidher li n-numri tal-Covid-19 li għandna nistennew illum mhuma xejn sbieħ.
It-tabib Frank Portelli qal li sat-tmienja ta’ dalgħodu n-numri kien ġa jqarrbu lejn il-200 filwaqt li Gerald Fenech kulma kiteb dalgħodu “żewġ ċentinarji” li jikkonferma wkoll dak li qal it-tabib Portelli.
Fin-nofs siegħa nistennew l-aħħar aġġornat permezz tal-paġna uffiċjali Saħħa. Inħeġġu lil kulħadd jibqa’ jieħu ħsieb u joqgħod attent.