Jidher Li Mhux Ħa Jkollna R-Raba' Jum Bla Każi Pożittivi Għall-Covid-19

Wara tliet ijiem fejn ma nstabu l-ebda każi tal-Covid-19, jidher li llum mhux ħa nkunu qed nisimgħu l-istess aħbar pożittiva. Dan għaliex skont il-paġna Gerald Fenech Covid19 News Updates, illum hemm 3 każijiet ġodda tal-Covid-19.





S’issa għadu mhux magħruf jekk kienx hemm xi każijiet ta’ fejqan ukoll, infakkru li lbieraħ kien hemm 6 persuni li fiequ minn dan il-virus biex in-numru ta’ każijiet attivi nieżel għal 32. Aktar tard fil-ġurnata, nistennew il-konferma uffiċjali fuq il-paġna ta’ Facebook, saħħa li qed iżommna aġġornati bl-aħħar żviluppi.

L-RFactor jidher li sab madwar 0.5, dan ifisser li żewġ persuni qed jgħaddu l-virus lil persuna waħda. Iktar ma dan ikun baxx, iktar jawgura tajjeb. Minħabba li jfisser li l-firxa tal-virus qed tkompli tonqos. 



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI