Bħal dal-ħin ikollna idea ta’ x’għandna nistennew każijiet pożittivi tal-Covid-19 għall-ħabta tan-nofsiegħa.
Dr. Frank Portelli tefa’ fuq il-profil li llum mistennija żieda ta’ kważi għoxrin każ ma’ dawk li sibna lbieraħ (44), ġifieri hemm ċans li nisimgħu b’madwar 60 każ pożittiv. L-iswabs qed jammontaw għal fuq l-2,000 u jekk l-ammont ta’ pożittivi hu ta’ 60, nistennew li saru aktar testijiet. Ma qal xejn dwar każijiet ta’ fejqan, iżda jidher li ġewwa r-Residenza San Ġużepp qed ikomplu jfiqu l-pazjenti.
Dr. Portelli jgħaddi anke parir dwar il-każijiet li qed nisimgħu bihom. “M’hemm l-ebda każ tal-COVID li mhu xejn, kull każ għandu jiġi ttrattat bis-serjetà”.
Aktar tard fil-ġurnata, nistennew il-konferma uffiċjali fuq il-paġna ta’ Facebook, saħħa, dwar il-każijiet pożittivi u ta’ fejqan.