"Jien Dak Li Jien Illum Grazzi Għas-Sagrifiċċji Tiegħek" – L-Attur Ryan Galea Lil Persuna Għażiża F'Ħajtu

L-attur bravissimu Ryan Galea ħejja messaġġ sabiħ għal dik il-persuna li jiddeskrivieha bħala “omm eżemplari” f’għeluq sninha!

Ryan juri kemm wasal fejn wasal illum grazzi għall-appoġġ u l-imħabba kbira tagħha! “Awgur lill-omm eżemplari tiegħi. Int dejjem kont għalija role model. Grazzi tas-sapport u tal-pariri kontinwi” jikteb Ryan. 

Ryan jgħidilha fil-messaġġ li hu dak li hu llum grazzi għas-sagrifiċċji li għamlet b’imħabba. Fil-aftt nistgħu ngħidu li s-suċċess ta’ Ryan huwa wieħed enormi. Apparti li hu attur mill-aqwa, huwa għalliem dedikat tal-arti li kontinwament joffri ħinu biex jgħin lil ħaddieħor itejjeb it-talenti tiegħu. 





Ċerti li kburija bik Ryan! Awguri kbira mingħandna lkoll ta’ Gwida.mt lil ommok l-għażiża!

Facebook/ Ryan Galea



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI