Marvic, magħruf għall-parteċipazzjoni tiegħu f’Big Brother Malta, kellu intervista interessanti ma’ skarpan Għawdxi.
Marvic beda billi spjega, “F’għomri u żmieni, fl-akwati ta’ fejn trabbejt, ftit ‘l isfel mill-ħaġar ta’ San Ġorg ta’ Għawdex kien hemm minn dejjem skarpan. L-iskarpan u l-familja tiegħu kienu joqgħodu f’dik id-dar tal-gallarija t-tonda oriġinali li tiġbed ħafna attenzjoni għall-istruttura oriġinali tagħha.”
L-iskarpan qal, “Jien għandi 86. Hawnhekk kien hawn missieri skarpan. Ħadt kors l-Amerika, mort nitgħallem magħhom. Ħriġt mis-Seminarju u mort hemm ta’ tmintax-il sena.”
Żied ukoll juri lil Marvic diversi għodda interessanti li juża bħala skarpan, fosthom anke li ġab miegħu mill-Amerika.
Kemm nieħdu pjaċir nisimgħu dawn ir-rakkonti ta’ esperjenza, u tassew nammiraw ix-xogħol bieżel ta’ Ċikku l-iskarpan.
Facebook / Marvic Cam