"Jien Iddisprat" – Bjorn Formosa Għandu Bżonn L-Għajnuna B'Mod Immedjat!

Dar Bjorn kienet suċċess enormi! Suċċess ikbar milli kien mistenni u ħoloq domanda enormi! Sfortunatament mhux qed ilaħħqu mad-domanda kbira li għandhom u sakemm tinfetaħ it-tieni dar qed ikollhom ħafna pressjoni minn entitajiet u individwi li għandhom bżonn l-għajnuna b’mod urġenti!





Bjorn jgħid, “Għal din ir-raġuni, ħloqna lista ta’ stennija li tagħti prijorità lill-pazjenti tal-ALS u l-SM, l-età, il-jiem ta’ stennija u l-bżonn skont l-emerġenza. Aħna mbagħad nagħtu l-aqwa 3 kandidati lill-aġenzija tal-gvern Aġenzija Sapport għal aktar stima u l-approvazzjoni finali tkun f’idejhom meta sodda tkun disponibbli.”

Bjorn iżid jgħid, “Sfortunatament dan il-proċess mhux dejjem kien ‘il quddiem u jiswieli uġigħ ta’ ras u palpitazzjonijiet enormi biex niżgura li lkoll kemm aħna wasalna biex nieħdu l-iktar deċiżjoni korretta.”

Bjorn jitlob it-talba tal-Gvern u jagħmel sejħa lil Ministru Michael Falzon u Segretarju Parlamentari Silvio Parnis għall-għajnuna tagħhom biex jiddiskutu flimkien ħa jaslu għal soluzzjoni.

Facebook / Bjorn Formosa



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI