“Jien Jisimni Scottie. Għadni Kif Wasalt L-MSPCA U Kollox Hawhekk Għadu Ġdid Ħafna Għalija” – MSPCA

L-MSPCA kitbu dwar l-istorja tal-għażiż Scottie, li għadu kif wasal għandhom.

Huma spjegaw, “Jien jisimni Scottie. Għadni kif wasalt l-MSPCA u kollox hawhekk għadu ġdid ħafna għalija. Qed nibża’ ftit. Familti ħabbitni ħafna imma kellhom iħalluni minħabba raġunijiet serji ta’ saħħa. Sfortunatament, din saret iżjed komuni Malta. Hekk kif il-faqar jiżdied u l-familji jaffaċjaw sfidi ta’ saħħa, iktar annimali domestiċi qed ikollhom jitħallew kull sena għax il-familji ma jsibux għajnuna biex iżommu l-annimali tagħhom.”



Żiedu jgħidu, “Meta dan jiġri, is-santwarji tal-annimali jkollhom jidħlu jgħinu. Għadni qed nipprova nifhem kif kollox inbidel imma diġa rnexxieli nagħmel konnessjoni ma’ waħda mill-carers hawnhekk. Għalissa, għandi bżonn il-ħin, paċenzja, u empatija sakemm nitgħallem li jien sigur hawnhekk.”





Ritratti:

Facebook / MSPCA

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI