Grazzi għall-festival Mużika Mużika, Claire Agius Ordway kellha l-opportunità taħdem f’avveniment daqsekk kbir flimkien ma ħuha Gerald.
Claire qalet li Gerald ilu ħafna jaħdem serati hekk imma din kienet l-ewwel darba li esperjenzat il-ħidma ta’ ħuha f’avveniment kbir bħal Mużika Mużika. Hi kompliet tgħid li ammirat ħafna xogħol Gerald li kien jinkludi d-disinn tas-sett, fost oħrajn.
Il-messaġġ tagħha Claire għalqitu billi qalet li hi kburija ħafna b’ħuha u rringrazzjat ukoll lil oħtha Sharon li għalkemm ma kinitx preżenti fiżikament xorta nħass is-sapport tagħha.
Facebook / Claire A. Ordway