Clifford Galea huwa personalità li nassoċċjawh ħafna mal-istorja u mal-ħidma tiegħu fi ħdan il-komunità. Ħafna forsi jafu li Clifford maż-żmien kellu anke rwoli artistiċi, bħala attur, kif ukoll bħala kantant.
Bħala attur rajnieh fost l-oħrajn f’episodju minn Missjoni, waqt li bħala kantant, apparti li nieda kanzunetti oriġinali, ħa sehem anke fil-Malta Song For Europe fl-2010.
Jidher li fi tmiem il-ġimgħa, Clifford reġa’ semma’ l-vuċi tiegħu! “Jien kont kantant ukoll. Iva, pruvajt minn kollox f’ħajti, u ninsa grat. Nhar il-Ġimgħa kelli ċ-ċans li nerġa’ nagħmilha!”
Prosit tassew!
Facebook/ Clifford Galea Vella