Ftit sigħat ilu fuq is-sit tagħna tellajna artiklu, fuq il-ħsieb ta’ Christabelle Zammit dwar l-iskola. Waqt filmat LIVE fuq Facebook, Belle kompliet tispjega l-pożizzjoni tagħha.
“Jien ma rridx nibgħat lil ibni l-iskola biex neħles minnu jew għax inġib l-flus qablu. Pero min hu ġenitur bħali irabbi waħdu u m’għandu għajnuna minn għand ħadd fejn iħalli lit-tfal tiegħu faċli ovvja li rridu li tiftaħ l-iskola. Mhux għax m’għandniex rispett lejn l-għalliema, imma tajjeb li nfakkru li mhux l-għalliema biss għandhom familja, imma kull min għandu professjoni oħra u kull settur ta’ xogħol ieħor, u dawn baqgħu jmorru għax-xogħol”. tistqarr Belle f’kitba twila fuq il-paġna tagħha.
Iżżid tgħid ukoll li, “Tajjeb ngħid li hawn għalliema li jridu jmorru lura l-iskola għax huma vera dedikati u jafu li għal ġid tat-tfal u għas-saħħa mentali tagħhom ikun tajjeb li jmorru l-iskola u jimxu mar-regoli, imma ma jfissirx li l-iskola għandha tkun obbligatorja”. Belle tgħid li l-iskola għandu jmur min hu komdu u dawk il-ġenituri li qed jibżgħu jkollhom l-opportunita li wliedhom jattendu l-iskola b’mod virtwali.
Taqbel magħha?