"Jien Pożittiv Għall-Covid-19 U Le, M'Għadniex Fil-Periklu" – Michele Panarosa Ta' Malta's Got Talent

Il-kantant Taljan li rajna fis-semi-finali ta’ Malta’s Got Talent ħabbar li jinsab pożittiv bil-Covid-19! Hu jgħaddi erba’ kelmiet siewja lil dawk kollha li ma kellhomx l-esperjenza tal-virus u fl-aħħar jagħmel ukoll appell!

Michele minn qalbu jistqarr, “Allura issa nista’ ngħidha: jien pożittiv għall-Covid-19 u le, m’għadniex fil-periklu.” Hu jispjega li ma jimpurtax kif ħadha imma ħadha u jistqarr li “kienet l-agħar esperjenza ta’ ħajti.” Michela jkompli jgħid, “Kelli tlett ijiem b’deni qawwi, konfużjoni, uġigħ ta’ ras, sturdament, dgħjufija estrema, sogħla, kesħa u qtugħ ta’ nifs.”





Hu jgħid, “Naturalment dawk is-sintomi ma sparixxewx verament fir-raba’ ġurnata, imma issa huma ħafna aħjar wara kważi ġimgħa.Jien tassew kuntent li n-nies jgħidu li huwa ingann għax jinjoraw kemm jista’ jkun gravi l-covid. M’inix xiħ, m’għandix kundizzjonijiet pre-eżistenti, imma laqatni ħafna. Ma kellix bżonn l-isptar avolja kont fuq il-ponta li nċempel l-ambulanza, imma ejja nimmaġinaw lil xi ħadd li mhux daqshekk b’saħħtu daqsi.”

Michele jkompli jispjega, “Aħna tassew inumani li naħsbu li nistgħu ninnegozjaw ħajjiet? Anke wieħed biss. Mhuwiex ok, mhux ġust. Aħna lkoll għandna naġixxu minħabba l-imħabba u l-kompassjoni għal xulxin u nkunu konxji ta’ kif naġixxu u naħsbu. Li ddur mingħajr maskra, sogħla, tagħtas, tmiss, titgħannaq, eċċ… tista’ tkun sentenza għalik jew għall-maħbubin tiegħek, jew saħansitra għan-nies li ma tafx.”

Hu jagħlaq b’appell, “Din mhix ċajta, il-ħajjiet mhumiex ċajta. Jekk jogħġbok qumu. M’għandniex ngħixu fit-terrur, imma m’għandniex ngħixu fl-injoranza anqas.”



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI