“Kont Fiżikalment Abbużat Ta' Kuljum U Abbużat Ukoll Mentalment Għal Madwar 9 Snin” – Johan Mifsud Jitkellem Dwar L-Addozzjoni Ta’ Koppji Gay

Johan Mifsud, li ħafna jafuh għall-filmati li jitfa’ fuq TikTok, żvela xi ħaġa dwar it-tfulija tiegħu u qasam l-opinjoni tiegħu wara ħafna kummenti li saru għax koppja tal-istess sess jaddottaw sabiex isiru ġenituri.

Hu kiteb li bħala raġel gay jibża’ jikkunsidra jaddotta jew ikollu t-tfal meta jaqra ċertu kummenti fuq diversi artikli fejn ikunu miktub li koppja tal-istess sess tkun addottat. Ħafna jsaqsu fuq it-tfal li jkunu addottati minn koppja gay dwar lil min ser jgħajtu mamà u lil min ser jgħajtu papà. Johan ġab l-argument li meta xi koppja straight tabbanduna lit-tfal tagħha u dawn jispiċċaw għand in-nanna jew għand iz-zija tagħhom, ma jgħajtu lil ħadd ‘mamà’ jew ‘papà’.

Rigward it-tfulija tiegħu, Johan kiteb li hu kiber minn ġenituri straight u kellu l-agħar tfulija li wieħed jista’ jkollu u li kien jiġi msawwatt kuljum u abbużat mentalment għal disa’ snin sħaħ mill-istess ulied li wkoll kibru minn koppja straight.





“Ieqfu iktbu u aħlu l-ħin tagħkom tagħtu l-opinjoni dwar ħajjet kulħadd u ffukaw fuqkom infuskom” kompla Johan.

Facebook / Johan Mifsud



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI