Chucky fuq il-paġna tiegħu xtaq jesprimi l-kummenti tiegħu rigward dak kollu li qed jintqal minħabba li koppja rġiel qed jippreparaw biex jadottaw. Pete u Charsen ħabbru li saru ġenituri jumejn ilu.”Nispera li ma narax kumment WIEĦED jgħid li Malta m’għandniex bżonn Pride Dawn huma l-ewwel kummenti li telgħu taħt artiklu fuq koppja gay jiċċelebraw għax saru ġenituri.”
Bl-ebda disrispett, hu jitlob li ma jiddaħħalx fin-nofs ir-reliġjon ta’ snin ilu ma’ din il-kwistjoni. Jitlob biex hu u sħabu tal-komunita tal-LGBTQ+ jingħataw it-tolleranza li jistħoqqilhom. “Ma jimpurtanix mill-interpretazzjoni tiegħek ta’ ktieb li nkiteb elfejn sena ilu. Jien u n-nies kollha fil-komunità LGBTQ+ għajjejna niġġieldu biex tarawna bħala ugwali. Niġi, naqa u nqum mil-biża bla bażi ta ‘dawn in-nies.”
“Ilna neżistu ħafna qabilhom u hawn se nibqgħu. Nispera li nara l-appoġġ tal-‘Allies’ ix-xahar id-dieħel għax onestament għajjejt.” Chucky jitkellem favur l-avveniment tal-Pride li jsir kull sena, u jispera bħal ħafna oħrajn, li jkollhom l-appoġġ mistħoqq.