“Jiena Persuna Li Ngħid Dak Li Nħoss, Li Dak Li Għandi Ngħidlek Ħa Ngħidhulek Mill-Ewwel; M’Għandix Kantunieri” – Amber

Amber u Dorian drajna narawhom flimkien. Hemm sinerġija tajba mmens bejnietom u f’intervista li saret lil Amber fil-ġimgħat li għaddew għar-rivista Gwida staqsejnieha dwar dan! Ir-risposta tagħha nisslitilna tbissima fuq wiċċna.

Amber tgħid, “Vera, però l-opposti. Ma’ Dorian inqatta’ ħafna ħin u mnalla li naqblu għax mhux faċli li tagħmel programm ta’ tliet sigħat kuljum fuq ir-radju u ieħor fil-ġimgħa fuq it-televixin. Dorian kalm, jiena persuna nervuża ħafna. Jiena persuna li ngħid dak li nħoss, li dak li għandi ngħidlek ħa ngħidhulek mill-ewwel; m’għandix kantunieri, imma Dorian huwa l-persuna li jaħseb qabel ma jgħid xi ħaġa.”





Hi żżid tgħid, “Dorian ċajtier ħafna u ġieli lanqas inkun naf li qed jiċċajta għax tant jibqa’ serju li ġieli jkun qed jiġbidli saqajja u lanqas ninduna! Apparti minn hekk, Dorian għallimni ħafna, għax jiena dħalt fid-dinja tar-radju mingħajr ma naf xejn imma Dorian ilu minn mindu kellu sittax-il sena fuq ir-radju. Tant inqattgħu ħin flimkien u nitkellmu fuq affarijiet, li nqisu bħala ħija. Dorian ġieli jagħmilli xi sorpriżi u ħa ngħidlek jaħsadni, u jien kexxun nidħol għalihom.”

Iżda mhux l-ewwel darba li jagħmilha sorpriża ħelwa! Darba minnhom ġabilha b’sorpriża lil Mary Rose Mallia! Amber tgħidilna, “Konna għadna kemm ħriġna l-kanzunetta Tifkiriet. Vera kienet xi ħaġa li xtaqt naħdem fuqha għax għalija, Mary Rose hija idolu u leġġenda. Hi all rounder, tajba f’kollox, baqgħet kurrenti u għandha karattru tal-ġenn. Niftakar Dorian kien ġabhieli fuq ir-radju, kien wieħed mill-ewwel programmi li għamilna.”



Kif irnexxielu? Amber tgħid, “Għalaqli għajnejja u jien bdejt nippanikja. Kienet qaltilna li hi wkoll kienet għamlet żmien tippreżenta fuq ir-radju. Issa jien persuna li ma nħobbx is-sorpriżi u rrid kontroll fuq kollox però din ta’ Mary Rose Mallia kienet sorpriża mill-isbaħ u apprezzajt ħafna li ġiet.”

Facebook / Amber

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI