Intervistat waqt AWLA, il-preżentatur lokali John Bundy tkellem dwar ir-relazzjoni speċjali li għandu man-neputi tiegħu Clark.
John spjega kif meta jkun qiegħed iqatta’ l-ħin tiegħu man-neputi jitfa’ fil-ġenb kull xorta ta’ teknoloġija biex jagħmel ċert li l-attenzjoni tiegħu ma tkunx imxekkla.
Fisser kif minflok man-neputi Clark jagħmel attivitajiet li ma jinvolvux teknoloġija fosthom “nilagħbu flimkien bil-ballun, immorru naqdfu r-rota u kull nhar ta’ Erbgħa mmorru nieklu flimkien”.
Il-preżentatur Malti kompla jitkellem dwar l-importanza li n-nanniet iqattgħu mumenti bħal dawn man-neputijiet tagħhom hekk kif sostna li “huma dawn il-mumenti jibqgħu jiftakru t-tfal la jikbru”.
One TV / AWLA u Facebook / John Bundy