Il-grupp popolari ta’ Facebook RUBS – Malta Pastizziposting tellgħu ritratt ta’ nota li ħalla xwejjaħ wara li sofra minn vandaliżmu fuq il-karozza tiegħu. Xi ħadd jidher li barax il-karozza ta’ dan ix-xwejjaħ u hu esprima ddiżapunt tiegħu billi ħalla din in-nota li hi kemxejn ta’ qsim il-qalb. L-istess stampa ġiet ippostjata aktar tard fuq Malta Diżastru totali!
Hu kiteb, “Ħabib, grazzi li braxtli l-karozza. Jien xiħ ta’ 71 sena u neħħejtli l-gost kollu ta’ ħajti. Jiġġudikak Alla!” Fil-kummenti fl-istess paġna kien hemm diversi kummenti ta’ nies li għaddew minn esperjenza simili u dan ikkundannaw dan l-att.
Kien hemm min parla żejjed dwar il-fatt li qal “neħħejtli l-gost kollu”, iżda numru ta’ nies qabżu u qalu wieħed ma tkunx taf minn xiex inhu għaddej u aktar din hi l-iktar ħaġa importanti f’ħajtu.
Instagram / maltainfoguide