Matul dawn l-aħħar jiem, ħafna kienu qed jispekulaw dwar il-possibbiltà li l-McDonald’s jiftaħ ristorant ġdid fil-gżejjer Maltin, din id-darba fl-Imrieħel.
Xi wħud saħansitra raw il-proċess ta’ tħejjija għal dan il-ftuħ u ħadu wkoll xi ritratti. Wara l-ħjiel li dehru lbieraħ fuq il-paġni tal-midja soċjali, dalgħodu waslet il-konferma uffiċjali li r-ristorant fetaħ.
Dan mhux biss jirrappreżenta l-għaxar ristorant ta’ McDonald’s f’Malta, iżda wkoll tragaward speċjali li jagħmlu l-200 ristorant fl-Ewropa.
Il-post il-ġdid se joffri McDrive, McDelivery u Take Away. McDonald’s f’Malta jibqa’ jespandi!
Facebook/ McDonald’s