Jiġi Assigurat Spazju Kulturali Ġdid Għall-Għaqda Ħbieb Tal-Presepju Malta

L-Għaqda Ħbieb tal-Presepju Malta se jkollha spazju dedikat għall-operat, ix-xogħol u l-esebizzjonijiet tagħha, wara li l-Awtorità tal-Artijiet għamlet trasferiment uffiċjali ta’ proprjetà favurha.

Dan l-iżvilupp jikkostitwixxi pass essenzjali biex wieħed mill-aktar elementi tradizzjonali tal-kultura Maltija jitħares u jkompli jissaħħaħ.

Il-proprjetà, li tinsab fi Triq Melita b’aċċess ukoll minn Triq Mikiel Anton Vassalli fil-Belt Valletta, kienet sa issa amministrata mill-Awtorità tal-Artijiet. Permezz ta’ dan il-ftehim, il-ħolma tal-Għaqda li jkollha spazju tagħha stess saret realtà, b’konċessjoni ta’ kera għal perjodu ta’ ħmistax-il sena.



Il-Ministru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali Owen Bonnici ddeskriva dan il-proġett bħala pass ieħor fil-preservazzjoni u l-promozzjoni tal-wirt li jagħmel lil pajjiżna uniku. Huwa sostna li dan l-arranġament jiftaħ kapitlu ġdid għall-Għaqda, wieħed li jħalli aktar opportunitajiet għal ħidma u inizjattivi favur dak li jifforma l-identità kulturali tagħna.



It-trasferiment ġie ffirmat mill-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità tal-Artijiet, Robert Vella, u mill-President tal-Għaqda, Noel Pace.



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI