Jiġi Nieqes Patri Franġisk Galea Fl-Għomor Ta' 88 Sena – Strieħ Fis-Sliem!

Il-Kunvent Dumnikan Birgu kitbu dwar it-telfa ta’ wieħed minn ħuthom, “B’sogħba nħabbru l-mewt ta’ ħuna P. Franġisk Galea OP fl-għomor ta’ 88 sena, u li ġrat illejla. P. Franġisk serva l-Kunvent tal-Lunzjata u l-komunità tal-Birgu għal 57 sena.”

Huma komplew jgħidu. “Aktar tagħrif dwar il-funeral tiegħu jitħabbru fis-sigħat li ġejjin. Pie Iesu dona eo requiem.” Telfa li żgur ħa tinħass wara li Patri Franġisk għadda tant u tant snin fil-komunità tagħhom. Minn hawn ngħaddu l-kondoljanzi tagħna lid-Dumnikani tal-Birgu u lill-familja kollha ta’ Patri Franġisk. Il-Mulej jilqgħu fil-glorja tal-ġenna.





Facebook / Malta, News, Photos & People



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI