Illum instab każ pożittiv wara total ta’ tmient ijiem u ħafna jinsabu mħassba dwar kif u minn fejn ġara dan.
Fuq il-paġna Gerald Fenech Covid-19 news updates, ġie rrapurtat li l-każ huwa ta’ tifla barranija. Din it-tifla hi studenta li qed tattendi skolasajf ġewwa l-iskola primarja ta’ Ħad-Dingli.
Jidher li din kienet għadha kif irritornat mill-Ġermanja qabel bdiet tattendi l-iskola.
Bosta ġenituri kkummentaw għal din l-aħbar, fejn staqsew jekk dan hux xieraq għal studenti oħra li setgħu kienu viċin ta’ din it-tifla. Wieħed jifhem li kull ġenituri jinsab inkwetat bħalissa.