Illejla se jixxandar episodju ġdid tant mistenni ta’ Love Island Malta. Fl-aħħar episodju konna bqajna bil-kurżita għaliex dehru żewġ bombshells ġodda, iżda wiċċhom u isimhom baqa’ misteru.
Fl-ewwel ħarsa lejn l-episodju tal-lum, għadha kif ġiet żvelata l-identita` tal-bombshells. Jidher li bejn il-koppji diġa hemm ħafna tensjoni għaliex il-karattri tagħhom mhux kollha qed jaqblu, fosthom Giuseppe li qed jgħid li Anthea mhux qed tagħmel wisq sforz biex tkun miegħu, u Neil li qal li mhux qed jara progress ma’ Hayley.
Żewġ bombshells ġodda jidhru deħlin mill-bieb lussuż tal-villa. It-tfajjel jismu Walid, filwaqt li t-tfajla ma tiżvelax isimha iżda ssejjaħ lilha nnifisha ‘bomba atomika’.
Intom se ssegwu llejla?
Facebook / Love Island Malta