Il-paġna uffiċjali ta’ Puttinu Cares ħabbret dwar is-somma sabiħa li nġabret waqt l-aħħar tislima ta’ Ismael Galea, ta’ 17-il sena. Hu kien qed jirċievi l-kura ġewwa r-Renju Unit.
“Iċ-ċelebrazzjoni ta’ ħajtu saret fis-26 ta’ Diċembru u minflok fjuri, il-familja tiegħu talbet donazzjonijiet. Grazzi għall-ġenerożità ta’ dawk li appoġġjaw lill-familja, donazzjoni ta’ €1,766.20 saret b’risq Puttinu Cares.”
Puttinu jagħtu l-kondoljanzi lill-familjari ta’ Ismael. “Jalla jistrieħ fis-sliem, u jalla dan il-ġest ġeneruż jibqa’ bħala tribut sabiħ għall-memorja tiegħu.”
Facebook/ Puttinu Cares