Jinġabru €250,000 F’24 Siegħa Biex Sandro Grech Jieħu L-Kura Kontra L-Lukimja

Il-ġenerożità tal-Maltin intweriet għal darb’oħra hekk kif f’24 siegħa nġabru €250,000 sabiex Sandro Grech jingħata kura disponibbli f’Singapore. Il-mira hi li jinġabru €500,000 għal dan it-trattament.

Sandro Grech li għandu 41 sena, huwa pulizija li jaħdem fil-qasam tal-immigrazzjoni u huwa missier ta’ żewġt ibniet. Hu ilu għal dawn l-aħħar sentejn jissielet ma’ kundizzjoni rari ħafna wara li nstab li beda jbati minn lukimja aggressiva ħafna.

It-trattament li għandu bżonn f’Singapore jissejjaħ CD7 CAR-T, li huwa terapija speċjalizzata biex iċ-ċelloli tal-pazjent ikunu jistgħu jagħrfu u jeliminaw ċ-ċelloli tal-kanċer.

Min jixtieq jgħin jista jidħol hawn.







Ritratti:

TVMnews

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI