Il-Moviment Graffiti qalu li -Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi “għadha kemm ħarġet permess lill-Infrastructure Malta biex tqaċċat żewġ siġar tal-ħarrub kbar f’Ħad-Dingli, li għandhom bejn it-300 u l-400 sena. Dan sabiex Infrastructure Malta tkun tista’ tgħaddi triq inutli li se teqred raba maħdum, siġar protetti u kappella medjevali.”
Huma komplew jiktbu fuq il-mezzi soċjali tagħhom, “Ir-residenti, il-bdiewa u l-attivisti qed jopponu dan l-iżvilupp qerriedi u bla sens. Huma waqqfu x-xogħlijiet milli jibdew meta Infrastructure Malta feġġet għall-għarrieda biex tibda ix-xogħlijiet ftit tal-ġranet ilu.”
Moviment Graffiti jżiedu, “Saru wkoll talbiet lill-Ministru għall-Ambjent, lill-Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura, u lill-Ministru għall-Kultura sabiex jinbidlu dawn il-pjanijiet, u sabiex toħroġ Emergency Conservation Order fuq dan il-post ta’ valur naturali, storiku u agrikolu. Dawn it-talbiet għadhom qed jistennew tweġiba. Il-ġlieda tkompli.”
X’taħseb dwar dan?
Facebook / Moviment Graffiti