Jinqabeż Il-Miljun Fi Tmien Sigħat! – Inti Tajt Sehmek?

Illum saret il-maratona b’risq il-pazjenti kollha li qed ibatu mill-ALS, fosthom Bjorn Formosa li bla waqfien jaħdem biex jiġu mgħejuna permezz ta’ Dar Bjorn – akbar u aħjar.

Fil-fatt għadha kif intlaħqet somma ta’ aktar minn miljun ewro waqt din il-maratona. Ma jistax jonqos is-sodisfazzjoni kbir u ħarsa ta’ kuntentizza f’għajnejn Bjorn, dak li beda dan kollu u għadu sa issa jagħti ħajtu għal dan il-proġett.

Ħafna kienu li taw sehmhom bid-donazzjoni tagħhom, minn għadd kbir ta’ telespettaturi sa entitajiet u kumpaniji kbar! 

Grazzi lilkom li tajtu sehmkom u Prosit kbira lil Bjorn u lit-tim kollu!







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI