Il-paġna tas-Saħħa ippubblikat iċ-ċifri tal-lum. Malta rreġistrat 167 każ ġdid tal-Covid-19 wara li fl-aħħar 24 siegħa saru 2,217 test. Dan ifisser li madwar 40 każ inqas mill-bieraħ.
Il-gżejjer irreġistraw 165 irkupru ieħor, u b’hekk l-ammont totali ta’ rkupru tela’ għal 16,490. In-numru ta’ każijiet attivi baqa’ 2,406.
Malta rreġistrat żewġt mwiet matul l-aħħar 24 siegħa. It-total ta’ mwiet f’Malta jammonta għal 286.