L-aħħar aġġornament dwar is-sitwazzjoni tal-Covid-19 f’Malta għadu kemm joħroġ fuq il-paġna tal-Awtoritajiet tas-Saħħa.
Fl-aħħar 24 siegħa nstab 19-il każ ġdid, filwaqt li rkupraw 15-il persuna oħra mill-Covid-19. B’hekk it-total ta’ każijiet attivi huwa ta’ 208. Għaxar pazjenti jinsabu fl-isptar Mater Dei fejn erbgħa minnhom jinsabu fl-ITU.
Sal-bieraħ ingħataw 877,291 doża tal-vaċċin fejn 50,853 minnhom kienu dożi tal-booster.