Jidher li nstab qawwi u sħiħ it-tabib ta’ 29 sena li kmieni dalgħodu ġie rrapportat nieqes mill-pulizija tal-Afrika t’Isfel.
Huwa nzerta kien f’Cape Town, il-belt kapitali, fejn wara li pparteċipa f’seminar ġewwa l-gżira ta’ Parden, ma ntlemaħ imkien iżjed.
Kelliem għall-Ministru tal-Affarijiet Barranin Ian Borg ikkonferma li sa jissoktaw l-investigazzjonijiet mill-pulizija tal-lokal sabiex jifhmu sewwasew x’wassal għal dan l-għajbien.