F’dawn l-aħħar 24 siegħa saru 848 testijiet tal-Coronavirus, fejn instab każ ġdid ieħor attiv. Il-każ il-ġdid huwa wieħed impurtat, fejn il-persuna affetwata esperjenzat is-sintomi ftit jiem wara li ġiet lura Malta minn barra.
Bħalissa qiegħed iseħħ il-contact tracing. Għalkemm instab dan il-każ, it-total ta’ każi attivi huwa ta’ 4 biss – numru baxx ħafna għall-aħħar. F’dawn l-aħħar 24 siegħa ma kien hemm l-ebda każ attiv li ġie rikoverat.