Il-Union of Professional Educators (UPE) għadha kif ħabbret li każ allegat pożittiv tal-COVID-19 instab fil-Kindergarten tan-Naxxar. Il-persuna li kkuntrattat il-virus ġiet irrappurtata bħala Learning Support Educator (LSE).
Il-UPE kompliet billi qalet: “Hekk kif in-numri jkomplu jiżdiedu nixtiequ nfakkru lill-edukaturi tagħna biex jibqgħu viġilanti u jissalvagwardjaw lilhom infushom kemm jista’ jkun. Nawguraw lil dan l-edukatur fejqan ta’ malajr.”

X’inhi l-opinjoni tiegħek dwar iż-żieda tal-każijiet fl-iskejjel? Għandna ngħalquhom l-iskejjel tagħna qabel forsi jkun tard wisq?
Facebook/Union of Professional Educators – Voice of the Workers