Jinstab Katavru Waqt It-Tfittxija Tat-Tifla Li Nġarret Mill-Mewġ

Mewġ

Fl-aħħar jumejn kienet għaddejja t-tfittxija intensiva għal tifla ta’ tlettax-il sena, li sfortunatament sfat vittma tal-maltemp qawwi li għandna bħalissa fil-gżejjer tagħna.

Fuq il-midja soċjali u fl-aħbarijiet kienu qed jiġu ppubblikaw diversi aġġornamenti li jispjegaw xi ftit xinhu jiġri. Ġie appellat ukoll biex in-naħat taċ-Ċirkewwa jiġu evitati sakemm tkompli għaddejja t-tfittxija.

Ilbieraħ sabu l-ġakketta tat-tifla ta’ 13-il sena. Jidher li wara l-isforzi kollha li kontinwament qed isiru, instab katavru, li għadu mhux ċar jekk kienx identifikat.

Kiteb ukoll il-Ministru Byron Camilleri, “Ġejt infurmat li sfortunatament il-bugħaddasa sabu lit-tifla bla ħajja. Qegħdin nagħtu l-assistenza kollha permezz tal-Police Support Response Team lill-familjari.”

Nirringrazzjaw lill-forzi kollha ta’ salvataġġ għall-ħidma prezzjuża tagħhom.







Ritratti:

Facebook/ Civil Protection Malta

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI