F’kuntatt li sar ma’ Gwida.mt, ninsabu f’pożizzjoni li nikkonfermaw li nstab każ pożittiv ġewwa l-Bank Ċentrali ta’ Malta. Il-ħaddiema li jaħdmu mal-persuna li nstab pożittiv ġew mitluba sabiex jaħdmu mid-dar u anke d-dipartiment li l-istess ħaddiem kellu kuntatt fiżiku magħhom.
Qed issir dan, sabiex l-ewwel nett isir it-tindif li hemm bżonn u wkoll jassiguraw li l-kumplament tal-membri tal-istaff tagħhom huma negattivi għall-Covid-19. Infatti l-membri li kellhom kuntatt ma’ dan l-individwu ġew mitluba jagħmlu l-iswab test.
Jidher biċ-ċar li l-Bank Ċentrali qed jieħu kull azzjoni possibbli biex jassigura s-sigurtà tal-istaff kollu. Każ bħal dan juri wkoll l-importanza ta’ kemm wieħed li jaħseb li jista’ jkollu l-virus għandu jiżola ruħu minħabba li jista’ jħalli impatt fuq numru ta’ nies. Nibqgħu nieħdu ħsieb xulxin!
Facebook / Central Bank of Malta – Events