Jinstabu 12-Il Każ Ġdid Tal-Covid-19 – 4 Persuni Qed Jiġu Rikoverati Fl-ITU

Fuq il-paġna tal-Awtoritajiet tas-Saħħa għadu kemm intefa’ l-aħħar aġġornament dwar is-sitwazzjoni tal-Covid-19 f’Malta.

Fl-aħħar 24 siegħa nstabu 12-il każ ġdid, filwaqt li 21 persuna rkupraw minn dan il-virus. B’hekk it-total ta’ każijiet attivi issa niżel għal 227 każ. 12-il persuna qed jiġu rikoverati fl-isptar Mater Dei, fejn 4 minnhom jinsabu ġewwa l-ITU.

Sal-bieraħ ingħataw b’kollox 866,963-il doża tal-vaċċin, fejn 44,153 minnhom huma dożi tal-booster.





Facebook/Saħħa



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI