Sejbiet arkeoloġiċi li jmorru lura għal perjodi differenti tal-istorja ġew skoperti waqt ix-xogħlijiet ta’ kostruzzjoni tal-iskola primarja l-ġdida fin-Naxxar.
Fost dawn hemm qabar li jista’ jmur lura għall-perjodu Puniku, kif ukoll fdalijiet ta’ ġibjun antik u xelter li jmur għal żmien it-Tieni Gwerra Dinjija. Il-qabar li nstab, kien oriġinarjament intsab fl-1949 meta kien qed isir il-bini oriġinali. tal-iskola.
Skont artiklu fuq TVMnews, il-Fondazzjoni għall-Iskejjel t’Għada spjegat li dawn l-iskoperti qed jiġu rreġistrati b’attenzjoni u se jiġu inkorporati fid-disinn tal-iskola l-ġdida.
TVMnews